L-apps edukattivi ta’ EAThink 2015

It-triq li twassal għall-konsum tajjeb, sostenibbli u ġust jibda meta aħna nkunu għadna żgħar. Għal din ir-raġuni il-proġett Eathink 2015 żviluppa żewġ apps edukattivi u interattivi għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji, sabiex jgħinhom jifhmu aħjar ir-relazzjoni bejn il-produzzjoni u l-provvista tal-ikel u sabiex jgħarfu x’għandhom jieklu.

 

It-torta ta’ Robin

“Wasal jum għeluq snin Robin u se jagħmlu “l-aqwa torta fid-dinja”. Dur dawra madwar Eatville ma’ Robin u fittex l-aqwa ingredjenti għat-torta skont ir-riċetta tan-Nanna. Se tiltaqa’ ma’ ħbieb ġodda li se jgħallmuk kif tagħżel l-aqwa prodotti; b’hekk għandek titgħallem kif tiekol… b’mod “konxju”! F’Eatville, kulħadd huwa espert tal-ikel u kulħadd huwa favur il-prodotti organiċi u sostenibbli! Dawn is-sitt kapitli li ġejjin jirrakkuntaw l-istorja tal-katina tal-ikel sostenibbli u jindirizzaw temi bħall-oriġini u l-istaġjonalità tal-frott u l-ħaxix, l-impatt ambjentali u soċjali tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel u kif wieħed jista’ jagħmel għażla u xirja konxja.
Niżżel l-app issa u nagħqad fl-avventura!

 

Robins Cake Maltese (0.0 B, 63 downloads)
apple
google

Il-logħba Eathink

“Tgħallem iktar dwar l-ikel u l-vjaġġ tiegħu mill-għalqa sal-platt b’mod interessanti u interattiv. Il-logħba EAThink hija maqsuma fi tliet kapitli li jirrappreżentaw it-tliet taqsimiet ewlenin tal-katina tal-ikel: il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u x-xiri. Kull kapitlu huwa differenti, b’sitt livelli ta’ diffikultà u xi sezzjonijiet tematiċi biex titqajjem kuxjenza dwar l-impatt li d-drawwiet nutrittivi tagħna u l-katina tal-ikel għandhom fuq id-dinja. It-tliet logħbiet se jgħinuna nifhmu kif nistgħu nnaqqsu l-piż tagħna sabiex il-ballun tal-ajru jtir iktar fil-għoli!
Niżżel l-app issa u għin il-ballun tal-ajru jtir iktar fil-għoli!

 

Eathink Maltese (0.0 B, 62 downloads)
apple
google