Żjara lill-Koperattiva Rurali Manikata

Kaboċċi u hass

Kaboċċi u hass

 

L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016 morna ġurnata l-Manikata. Bħala gwida kellna lil Veronica mal-kelb Buddy li kien vera “friendly”.

 

 

 

 

Kif jikber il-frawli

Kif jikber il-frawli

Meta wasalna rajna l-animali bħal ħamiem, nagħaġ u tiġieġ fost oħrajn. Il-gwida qaltilna li nistghu nagħtu xi ftit ikel lill-annimali u vera ħadna pjaċir. Rajna li n-nagħaġ iqaxxruhom fis-sajf ħabba s-sħana. Wara bdejna induru għalkemm kienet ix-xita  xorta dorna kullimkien u morna ħdejn is-siġra taż-żebbuġ u rajna li s-suf tan-nagħaġ ma jarmuhx iżda jużawh. Dan jintuża billi jorbtuh mas-siġar biex l-insetti ma jitilgħux mas-siġar u ma jużawx pestiċidji u ikunu organiċi.

 

 

Ġorġ il-hmar

Ġorġ il-hmar

Wara morna ħdejn Ġorġ il-ħmar hemmhekk rajna li kien inħadem film internazzjonali u jekk tmur tara l-istatwa li hemm l-annimali impinġija fuqha. Hemm ukoll l-istatwa li fuqha hemm miktub “Ir-Razzett tal-Qasam”. Kif imxejna ftit ieħor rajna fejn kien jgħixu n-nies ġol-għerien u kien hemm żewġ għerien ħdejn xulxin. Wara li mxejna ftit morna ġol-għalqa tagħhom u rajna kif ikabbru l-frawli organiċi u ħabba l-problema tan-nuqqas tal-ilma huma għamlu d-drip biex ma jinħeliex l-ilma u jservihom għal sajf sħiħ.

 

Ir-Razzet tal-Qasam

Ir-Razzet tal-Qasam

 

Il-Kampanja

Il-Kampanja

Wara Kylie żammet lil Buddy u morna ġo moħba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-moħba kien ikun hemm fiha s-suldati biex ikunu jistgħu jipproteġu ruħhom mit-Taljani u meta nżilna rajna li kienu jużaw il-“machinegun” dan nafuh għax rajna żewġ toqob biex jisparaw u toqba kbira mal-ħajt. Hemm ukoll qisu bar fejn ikunu jistgħu jixorbu għalkemm hemm żgħir xorta għandhom il-kumdita kolla. Fl-aħħar morna ġo park fejn hemm il-barbaġann u l-ħamiem żgħir u ħadna biċċa ħobż tajba milli taf tagħmel Veronica. Fil-park hemm toqba fejn kienu jidfnu l-mejtin.

 

Ġurnata fil-kampanja kellna bżonnha iżda esperjenza isbaħ min din ma stennejniex kemm nixtiequ kuljum fil-kampanja. Nirringrazzjaw lil Ms.Falzon u lil Veronica flimkien ma’  Buddy

Din iż-żjara kienet parti mill-proġett EAThink 2015.

Handaq_Visit_2

Form 5.5 Handaq:

 Yanika Gerada
Cherise Farrugia
Kylie Gatt
Rachel Busuttil
Georgette Psaila
Kimberly Mangion
Jessica Briffa
Abigail Laferla